Papa Ipokrita.
Dak li telaq ilbieraħ ipokrita; qed imur kontra r-reliġjon tagħna.
Jaċċetta kollox. Imur jieħu b’idejn li mhumiex bħalna.
Għas-suwed qed tgħid? Iva, u għal dawk il-‘pufti’ li jridu ż-żwieġ.
Taċċetthom? Naċċetthom ikolli, iżda nipprova ma ntihomx wiċċ.
Għalxiex ipokrita? Għaliex il-liġijiet tar-reliġjon huma li huma;
Insomma, wara kollox hu mhux suppost qed Ruma.
Ma fhimtekx? Suppost il-Papa ta’ qablu kien u għadu l-Vatikan.
Ma rriżenjax? Iva, iżda jien nibqa’ ngħid li jrid imut Papa u jilħaq ieħor; biex twikkejna b’ċarlatan.
Għaliex ċarlatan? Għaliex hu liberali u ħa jeqred ir-reliġjon;
Bl-imkatar tal-qawsalla jxejrulu, pff, ara kif spiċċa dan in-nazzjon.
Ħa jkomplu jitbgħedu n-nies! Allura naċċettaw il-kullħadd?
Jien qed niġġudika? Aħjar tagħmel bħali tisma’ quddiesa l-Ħadd.
Il-Papa ipokrita. Ipokrita għaliex gwerrier tal-paċi u l-morda?
Iva. U ara jfettilek tgħidli ‘fundamentalist nisrani’ darb’oħra.
Ipokrita għaliex huwa verament xempju tar-reliġjon Nisranija?
Għalxejn ħa ngħidlek lilek basta ‘nisrani’; ipokrita jibqa’ għalija.
Riflessjoni.