Raġunijiet għalxiex is-suġġett tal-Etika għandu jiġi integrat fl-Iskejjel tal-Knisja.
HUWA: opportunità ta’ tagħlim għall-istudenti li għandhom tħaddin ta’ reliġjon ieħor bħal-Islam (jew li ma jħaddnux reliġjon bħall-agnostiċi) u jinsabu fl-Iskejjel tal-Knisja, jitgħallmu fl-istess klassi r-reliġjon ta’ sħabhom.
MHUWIEX: l-għadu tat-Tagħlim Reliġjuż; bl-ebda mod ma’ jbiegħed lil istudent milli jħaddan twemmin Kattoliku. Apparti li jiddiskuti reliġjonijiet differenti, s-suġġett tal-Etika joffri lil istudent analiżi kritika ta’ x’joffri reliġjon min ieħor.
HUWA: pjattaforma fejn il-moralità u l-etika tiġi diskussa minn firxa wiesgħa ta’ filosofija morali. Ukoll, uħud mit-tagħlim morali li jiġi diskuss fil-klassi tal-Etika huwa ta’ influenza fuq it-tagħlim Kattoliku (għalhekk ukoll li l-Filosofija tiġi mgħallma fil-kors tat-Teoloġija).
MHUWIEX: qed jkun ta’ xkiel biex it-Tagħlim Reliġjuż ma jibqax jiġi mgħallem; din tista’ tiġi rrealizzata meta s-suġġett tal-Etika ma jibqax jiġi mqabbel mat-Tagħlim Reliġjuż.
HUWA: id f’id ma’ dak li hemm miktub hawn rigward it-Tagħlim Reliġjuż fin-National Curriculum Framework: “the teaching of religion in schools is seen as an important element in the integral formation of the person … Learning in Religious Education seeks to educate young people regarding the dignity of the human being and the responsibility of each individual towards others for the building of a better society and a better world” p. 35.
MHUWIEX: ħa jinterrompi milli sseħħ il-lezzjoni tar-Reliġjon.
HUWA: wieħed mill-ftit bwiet fis-sistema edukattiva fejn l-istudent huwa liberu li jaħseb b’mod kritiku fuq r-realitajiet tal-ħajja u jifforma opinjoni oġġettiva dwarhom – u huwa għalhekk li għandu jidħol ukoll fl-iskejjel tal-Knisja.
Is-suġġett tal-Etika fl-Iskejjel tal-Knisja. HUWA jew MHUWIEX?
Nilagħbu lobgħa; lobgħa mal-futur tat-tfal tagħna.